Kemmuna – il-gżira li nbidlet f'”pineapple island“.
Maltin u turisti, li x’aktarx meta tħajru jżuru lil dawn il-gżejjer, ixxenqu bir-ritratti tal-baħar kristallin tal-Blue Lagoon. meta jżuru Kemmuna, ir-realtà li qed isibu qed tkun kemmxejn differenti.
Fil-qalba tas-Sajf, Kemmuna tara l-wasla ta’ madwar 5,000 persuna kuljum.
L-għaddas Raniero Borg ġibed filmati li juru s-sitwazzjoni fuq din il-gżira ċkejkna f’ġurnata tipika tas-sajf.
Hu qed jilmenta għall-fatt li eluf ta’ qxur tal-pineapple li jinbiegħu lil dawk li jkunu qegħdin iżuru din il-gżira, qed jitħallew jiġru ma’ kullimkien u lanqas biss hemm struttura biex dawn jinġabru bħala skart organiku.
Evidenti li ftit li xejn qed isir infurzar mill-awtoritajiet biex din il-ġawhra ta’ ġżira tiġi protetta u biex dawk li jżuruha jibqgħu jimpressjonaw ruħhom bis-sbuħija naturali tagħha u mhux jintlaqgħu minn xeni ta’ ħmieġ u telqa bħalma qed isibu ma’ wiċċhom.
//= $special ?>