Roberta Tabone ikkompetiet fil-kategorija 71 kilo li fost tnax-il weightlifter temmet fit-tmien post. Fis-snatch kellha tlett refgħat ta’ 82 kilo, 84 kilo u għalqet b’86 kilo. Fil-clean and jerk wara li refgħet 101 kilo għalqet bl-aħjar refgħa ta’ 105 kilo għal total ta’ 191 kilo. Joy Ogbonne Eze tan-Niġerja u Alice Gienna Aitckinson tal-Iskozja rtiraw matul il-kompetizzjoni li ntrebħet minn Sarah Davies tar-Renju Unit b’229 kilo qabel Alexis Ashworth tal-Kanada b’214 kilo u Harjinder Kaur tal-Indja b’204 kilo.
Fil-Lawn Bowls f’Victoria Park ingħata bidu għal kompetizzjoni tat-timijiet ta’ b’Erbgħa tal-irġiel bl-ewwel partita mill-ewwel round – Sezzjoni A. Skozja 17 Malta 9 Wara li t-tim Malti wettaq reazzjoni fl-ewwel fażi wara vantaġġ ta’ 2 – 0 għall-Iskozja, il-punteġġ sar 6 – 1 għall-Iskozja, ridott għal 6 – 3 iżda fl-ewwel reazzjoni Skozja kabbret il-vantaġġ għal 9 – 3 .Fis-seba’ partita t-tim Malti naqqas id-distakk għal 9 – 4 u eventwalment daħal fil-partita meta rebaħ it-tmien logħba għal 9 – 6. Madankollu kienu Skozja li baqgħu jiddominaw biex marru 13 – 6 bil-partita tintemm 17 – 9 għall-Iskozja. It-tim Malti kien magħmul minn Peter John Ellul, Troy Lorimer, Mark Anthony Malogorski u Shaun Parnis.
//= $special ?>