Fil-kategorija 64 kilogram fl-azzjoni Yazmin Zammit Stevens li fil-klassifika ġenerali temmet fis-sitt post fost tnax-il weightlifter. Fis-snatch l-aħjar refgħa tagħha kienet ta’ 83 kilo fit-tielet prova wara li qabel kienet falliet u refgħet 81 kilo. Fil-clean and jerk wara li refgħet 100 kilo falliet fl-ewwel tentattiv tal-103 kilo iżda rnexxielha fl-aħħar tentattiv għal total ta’ 188 kilo. Il-kategorija intrebħet minn Maud Charron tal-Kanada b’231 kilo qabel Sarah Maureen Cochrane tal-Awstralja b’261 kilo u Islamiyat Adebukola Yusufi tan-Niġerja b’216 kilo.
//= $special ?>Logħob tal-Commonwealth: Yazmin Zammit Stevens tispiċċa fis-sitt post
2 ta' Awwissu 2022
