Lokali

Pumpieri jikkontrollaw nar f’Ħal Qormi

Numru ta’ pumpieri issejħu f’Ħal Qormi wara li żviluppaw nirien f’zona mhux mibnija, fejn kien hemm ammont kbir ta’ skart.

Net News jista’ jikkonferma li n-nar ġie kontrollat fi ftit ħin.

Fil-post waslu żewġ units tas-CPD kif ukoll infermieri mill-Isptar Mater Dei. Il-pumpieri intervjenew minnufih sabiex in-nar ma jinfirix mal-binja li tinsab tmiss eżatt ma’ din iz-zona. U għalhekk ġie evitat kull periklu.