Futbol Sport

Trafalgar Square fiċ-ċentru taċ-ċelebrazzjonijiet għar-rebħ tal-Euro 2022 mill-Ingilterra

(Ritratt: EPA)

Fil qalba ta’ Londra għadhom għaddejjin ic-celebrazzjonijiet wara s-success tat-tim Nazzjonali Ingliż tan-nisa wara r-rebħ tal-Kampjonat tal-Ewropa EURO2022 u ewforija liema bħala għall ewwel success mill-1966 .Wara 24 siegħa mir-rebħa fil-ħin barrani kontra l-Ġermanja aktar minn 7000 partitarju fi Trafalgar Square taw merħba lill-plejers, it-toroq ewlenin ta’ Londra baqgħu ċ-ċentru ta’ ovazzjoni għal dak li wettaq it-tim Nazzjonali Ingliż immexxi minn Sarina Wiegman.

F’Piccadilly Circus jispikka screen kbir fejn fi sfond tal-bandiera Ingliża jispikkaw il-kliem ‘Congratulations Lionesses’. Dan is-suċċess jixduħ wkoll dawk li segwew il-finali bit-televiżjoni fl-Ingilterra fejn huwa kkalkolat li madwar 50 miljun persuna segwiet il-finali apparti l-fatt li f’Wembley Stadium kien hemm xejn anqas minn 87,192 spettatur.