Żebbuġ u Msida jkomplu jżommu l-ewwel post tal-klasiffika fl-Ewwel Diviżjoni meta fadal biss ħames partiti biex jintemm il-kampjonat biex imbgħad jilgħabu play off għar-rebh tal-kampjonat. Żebbuġ mingħajr wisq tbatija għelbu lit-tim ta’ Lija 21-7 ġewwa l-pitch ta’ tagħhom u Msida ngħataw rebħa ta’ 21-0 kontra t-tim tal Isla.
Għaxaq, li jinsabu fit-tielet post tal-klassifika għelbu lil-Żabbar barra min darhom bil-punteġġ ta’ 21-1. Buġibba rreġistraw rebħa kontra t-tim ta’ Marsamxett 21-2 biex żammew ir-raba’ post tal-klassifika. Qormi San Bastjan baqgħu punt taħt Buġibba meta għelbu lit-tim ta’ Żurrieq 21-1. St. Peter Żabbar ingħata rebħa wkoll kontra Paola Shreiber.
| Klassifika | L | P |
| Żebbuġ | 17 | 15 |
| Msida | 17 | 15 |
| Għaxaq | 17 | 13 |
| Buġibba | 17 | 12 |
| Qormi San Bastjan | 17 | 11 |
| St. Peters Żabbar | 17 | 10 |
| Żurrieq | 17 | 8 |
| Lija | 17 | 7 |
| Marsamxett | 17 | 5 |
| Żabbar | 17 | 5 |
| Isla | 17 | 0 |
| Paola Schreiber | 17 | 0 |


