Futbol Sport

Draw prestiġjuż għal Gżira United fl-Awstrija

(Ritratt: Gżira FC)

Matthias Mizzi

WOLFSBERGER AC……….0

GŻIRA UNITED………………0

Wolfsberger: H. Bonman, D. Baumgartner, S. Piesinger (73’ N. Veratsching), L. Lochoshvili, M. Anzolin (46’ J. Scherzer), M. Leitgeb, K. Kerschbaumer, A. Jasic, T. Ballo (46’ M. Taferner). T. Rocher (77’ D. Vizinger), T. Baribo

Gżira U.: D. Zarkov, M. Dias, G. Mentz, L. Tabone, M. Cosic, L. Riascos, N. Muscat, Z. Scerri (89’ C. Gauci), R. Correa, Jefferson (83’ T.Kollega), M. Samurai (69’ J. Mendoza)

Imwissija: 8’ D. Baumgartner, 20’ S. Piesinger, 84’ M. Dias

Referee: Urs Schnyder (SWZ)

Assistenti Referees: M. Zürcher & B. Zürcher

Barra minn darhom, fil-Worthersee Stadium ġewwa l-Awstrija, it-tim Malti mmexxi minn Darren Abdilla kellu prestazzjoni inkoraġġanti fejn kien kapaċi jikkontrolla sew lill-avversarji minkejja n-nuqqas ta’ tentattivi perikolużi lejn il-lasti. B’hekk il-Maroons jibqgħu jittammaw li jistgħu jagħmluha għall-fażi li jmiss fil-logħba ta’ ritorn tagħhom. Ta’ min isemmi li fl-edizzjoni tal-2020/2021 mill-UEFA Europa League, l-istess klabb saħanistra baqa’ javvanza sar-round tal-aħħar 32 wara l-fażi tal-gruppi. 

L-aħjar opportunità minn Wolfsberger waslet fit- 42 minuta meta xutt mill-viċin ta’ Baribo kien salvat b’diffikultà u mbiegħed definittivament minn Zarkov. 

Fit-tieni taqsima Wolfsberger komplew fuq dak li ħallew qabel, tant li fil-51 minuta l-attakkant mill-Iżrael ippenja lill-goalkeeper b’xutt imdawwar li spiċċa f’corner. Mas-siegħa, Gżira marru viċin minn kontrattakk veloċi ta’ Maxuell Maia iżda l-goalkeeper Bonman salva tajjeb minn mal-art. Fis-76 minuta Zarkov reġa’ kien strumentali bejn il-lasti meta fl-arja laqa’ save stupend minn daqqa ta’ ras tas-solitu Baribo. Wara din l-azzjoni Gżira ntefgħu fuq id-difiża bl-għan li jżommu l-aggregate ta’ 0-0 għall-konfront li jmiss ġewwa Malta.