Fi Stadio Centenario ta’ Montevideo fl-Urugwaj ġiet varata l-kandidatura ta’ erba’ pajjiżi tal-Amerika t’Isfel biex flimkien jorganizzaw l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA fl 2030. Il-President tal-Federazzjoni tal-Futbol tal-Urugwaj Ignazio Alonso spjega x’wassal biex tkun ippreżentata l-kandidatura f’sena meta l-kompetizzjoni tkun se tiċċelebra iċ-ċentinarju mill-ewwel edizzjoni.
Infatti fl-1930 fl’istess Stadio Centenario intlgħabet il-finali b’Urugwaj tgħeleb lil Argentina 4-2 . Alejandro Dominguez, President ta’ CONMEBOL il-konfederazzjoni tal-futbol fl-Amerika t’Isfel ħabbar illi is-slogan se jkun JUNTOS 2030 – FLIMKIEN 2030 . Dan huwa riżultat wara li Pablo Milad, Robert Harrison u Rodolfo Onofrio rispettivament Presidenti tac-Ċile, Paragwaj u Arġentina ingħaqdu mal-Urugwaj f’dan il-progett. Sebastian Bouza, Ministru tal-Isport tal-Urugwaj ikkonferma li l-pajjiż se jgħati l-appoġġ kollu meħtieg biex 100 sena mill-ewwel edizzjoni l-Urugwaj tkun tista’ torganizza t-Tazza tad-Dinja flimkien ma tlett pajjiżi ohra.
//= $special ?>