Futbol Sport

Erik ten Hag jikritika l-plejers li telqu qabel ma’ spiċċat il-partita kontra Rayo Vallecano

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ ta’ Manchester United Erik ten Hag qal li huwa inaċċettabli li bosta plejers, inkluż Cristiano Ronaldo nhar il-Ħadd telqu minn Old Trafford qabel ma’ spiċċat il-partita ta’ ħbiberija li Man Utd kellhom kontra Rayo Vallecano.

Ronaldo lagħab għall-ewwel darba f’dan l-istaġun u kien mibdul fil-half time u tleaq mill-istadium għaxar minuti mit-tmiem flimkien ma’ Diogo Dalot u xi plejers oħra li kienu qed isegwu l-partita mid-‘director’s box’

Erik ten Hag qal li tkun f’tim ifisser li trid tibqa hemm sal-aħħar u dak li għamlu dawk involuti mhu xejn ħlief ‘inaċċettabli’.

Il-partita spiċċat fi draw ta’ 1-1 u fiha ddebutta l-akkwist il-ġdid tar-Red Devils Lisandro Martinez filwaqt li lagħab ukoll it-tieni partita tiegħu Christian Eriksen.

Manchester United jiftħu l-impenji tagħhom fl-istaġun il-ġdid tal-Premier League nhar il-Ħadd 7 t’Awwissu kontra Brighton.