Futbol Sport

Europa Conference League: Illejla Gżira United kontra Wolfsberger fl-Awstrija

(Ritratt: Gżira United FC)

Illejla fil-Wörthersee Stadium, l-Awstrija Gżira United jilgħabu kontra Wolfsberger AC fl-ewwel leg tat-Tielet Rawnd ta’ Kwalifikazzjoni tal-Europa Conference League.

It-tim immexxi mill-kowċ Darren Abdilla qed jittama li jkompli fejn ħalla fl-aħħar żewġ logħbiet fl-Ewropa u jwettaq sorpriża anke f’dan ir-rawnd kontra tim li hu bil-wisq aktar kwotat mill-aħħar żewġ avversarji, Escaldes tal-Andorra u Radnicki tas-Serbja.

Il-kampjonat Awstrijak diġa beda u Wolfsberger lagħbu żewġ logħbiet kontra Sturm Graz u Altach biż-żewġ logħbiet jispiċċaw fi draw. Barra minnhekk nhar l-Erbgħa huma lagħbu partita ta’ ħbiberija kontra AC Milan li tilfu bl-iskor ta’ 5-0 fl-istadium tagħhom.

Il-partita tal-lejla se tibda fis-19:30 filwaqt li għada jidħlu fl-azzjoni Hibernians u Ħamrun Spartans li se jilgħabu kontra RFS u Levski Sofia rispettivament