Futbol Sport

Filmat: Teddy Theuma jiskorja għal Royale Union kontra Rangers

Il-midfielder internazzjonali Malti Teddy Teuma ilbieraħ skurja gowl fit-tielet rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League, biex fetaħ l-iskor għal Royale Union Saint-Gilloise kontra Rangers FC fis 26 minuta.

Royale Union Saint-Gilloise irduppjaw fis-76 minuta permezz ta’ Dante Vanzier biex rebħu l-ewwel leg 2-0.

B’hekk Teuma sar l-ewwel plejer Malti li skurja f’fażi tant avvanzata taċ-Champions League fl-istorja tal-futbol Malti. Madankollu, ta’ min ifakkar li l-eks plejer internazzjonali Malti Andre Schembri kien skurja f’fażi tal-gruppi ta’ kompetizzjoni Ewropea, iżda tal-Europa League.