Futbol Sport

Gini Wijnaldum b’self ma’ AS Roma

(Ritratt:EPA)

Paris SG aċċettaw it-talba ta’ Roma biex l-Internazzjonali Olandiż Gini Wijnaldum jingħaqad mat-tim tal-kapitali Taljana b’self għal sena.

Wijnaldum, li għandu 31 sena, ingħaqad ma’ Paris SG l-istaġun li għadda wara ħames staġuni ma’ Liverpool li matulhom rebaħ il-kampjonat Ingliż, Champions League, it-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs u s-Super Cup Ewropea. L-istaġun li għadda mat-tim minn Pariġi rebaħ il-Kampjonat Franċiż fejn lagħab 31 partita fil-kampjonat u skorja goal wieħed.

Intant Paris SG qegħdin fil-fażi konklussiva biex jakkwistaw lil midfielder ta’ Lille Renato Sanches bħala sostitut ta’ Wijnaldum b’rapporti f’sezzjonijiet tal-media qed jirraportaw li ċ-champions Franċiżi għelbu l-isfida ta’ AC Milan għall-akkwist tal-Internazzjonali Portuġiż.