Lokali

Iħoss “nostalġija qawwija” wara li għalqu l-garaxx

Bla dubju li se tinħass nostalġija qawwija hekk kif negozju bejn tliet aħwa se jasal fi tmiemu wara 55 t’operazzjoni.

Ronald Dimech li huwa wieħed mis-sidien spjega ma’ Net News li ilu għomru jaħdem f’dan il-garaxx, u li xogħol bħal dan jirrikredi dedikazzjoni kbira. Huwa jirrakonta kif beda dan in-negozju lura fis-sittinijiet… u jiftakar li, meta beda dan in-negozju, iż-żona ta’ madwar il-garaxx kienet kollha għelieqi.

Dimech qalilna li uħud mill-klijenti ilhom jagħmlu użu mis-servizzi tagħhom għal madwar 55 sena.

Interessanti l-fatt li tliet ġenerazzjonijiet laħqu dan in-negozju miftuħ u għamlu użu minn dan il-garaxx meta inqalatilhom xi problema fil-karozza – klijenti leali, li saru qishom familja għalih.

Ronald Dimech qal ukoll li meta tasal l-aħħar ġurnata se jħoss nostalġija qawwija, iżda fl-istess ħin iħossu lest għall-pass li jmiss f’ħajtu.

Dan il-garaxx se jagħlaq fl-aħħar ta’ dan ix-xahar. U wara li jasal fi tmiemu dan il-kapitlu, Dimech jixtieq li jqatta’ aktar ħin mal-familja tiegħu f’din il-fażi l-ġdida ta’ ħajtu.