Internazzjonali

Il-flotta u l-ajruplani militari Ċiniżi jidħlu fit-territorju tat-Tajwan

Rapporti fil-media Ingliża qed jindikaw li l-vapuri militari taċ-Ċina invadew l-ibħra territorjali tat-Tajwan. Dan hekk kif bħalissa fuq din il-gżira-stat hemm l-Ispeaker Nancy Pelosi li qed tagħmel żjara uffiċjali fit-Tajwan.

Apparti l-bastimenti tan-navy Ċiniża, jidher li anke l-ajruplani militari ta’ Beijing daħlu fl-ispazju tal-ajru tal-pajjiż ġar tagħhom.

Din qed titqies bħala mossa li tista’ teskala malajr is-sitwazzjoni diġa’ instabbli bejn iż-żewġ stati.

It-Tajwan huwa stat awtonomu, iżda iċ-Ċina għadha sal-lum tinsisti li din hija provinċja tagħha.

U kien għalhekk li din iż-żjara ta’ Pelosi ħolqot tensjoni bla preċedent f’dan ir-reġjun, fejn saħansitra ġew mobilizzati l-forzi militari taċ-Ċina.

Il-gżira tat-Tajwan tinsab fix-Xlokk taċ-Ċina, u għandha popolazzjoni ta’ xejn anqas minn 23 miljun persuna.