Basketball Sport

Il-MBA torganizza t-tieni edizzjoni tad-Development Basketball Coaching Clinic

Tliet kowċis tal-basketball rinomati mil-Litwanja, Rolandas Radvila, Aurimas Verbukas u Edvinas Justa se jkunu f’Malta fi tmiem il-ġimgħa biex imexxu id-Development Basketball Coaching Clinic. Dan it-taħriġ, li se jkun immirat biex jgħin lil kowċis fil-logħba tal-basketball, se jibda minn nhar il-Ġimgħa 5 t’Awwissu bl-ewwel sessjoni tkun bejn is-18:00 u d-21:00 fil-Kumpless tal-MBA f’Ta’ Qali segwit mit-tieni u l-aħħar sessjoni nhar is-Sibt bejn id-9.30am u n-12.30pm.

Il-kowċis mistiedna se jaqsmu l-għarfien u l-esperjenza vasta tagħhom mal-parteċipanti u se jiffokaw fuq diversi suġġetti interessanti bħal żvilupp individwali, teknika individwali, tattiċi tal-grupp u tattiċi tat-tim.

L-ewwel edizzjoni saret fl-2016 u kienet immexxija minn Alessandro Magro, illum kowċ ta’ Brescia u kowċ tat-tim Nazzjonali Taljan ta’ taħt l-20 sena.

Dawk il-kowċis li jixtiequ jipparteċipaw fid-Development Basketball Coaching Clinic għandhom japplikaw fuq:

https://docs.google.com/forms/d/e/1FAIpQLSceKDYNwoNmljBhLDi-dxp5G8H8ruIlnN8MRFWXeyUYBlIBew/viewform

sal-Ħamis, 4 ta ‘Awwissu.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ wkoll jikkuntatja lil Sandro Farrugia fuq 99271436.