Futbol Sport

Imut l-eks goalkeeper ta’ AC Milan Villiam Vecchi

Kmieni l-Erbgħa wara nofsinhar kienet imħabbra l-mewt tal-eks goalkeeper ta’ AC Milan Villiam Vecchi fl-eta ta’ 73 sena fl-isptar Santa Maria f’Regio Emilia.

Vecchi lagħab ma’ Milan bejn l-1967 u l-1974 biex mbgħad wara kellu esperjenzi oħra ma’ Cagliari, Como u Spal. Wara li rtira Vecchi kellu esperjenzi bħala kowċ tal-goalkeepers bl-ewwel tim ikun Reggiana u Parma qabel ma’ mbgħad ingħaqad ma’ Ancelotti għall-ewwel darba ma’ Juventus bejn l-1999 u l-2001. Ancellotti ingħaqad ma’ Milan fl-2001 u Vecchii mar miegħu baqa ma’ Milan sal-2013 fejn ħadem ukoll ma’ Leonardo u Max Allegri. Vecchi reġa ingħaqad għat-tielet darba ma’ Ancellotti fl-2013 ma’ Real Madrid u baqa hemm sal-2015.

Fost l-unuri li kien parti minnhom huwa rebaħ tliet darbiet il-UEFA Champions League, darbtejn ma’ Milan fl-2002/03 u fl-2006/7 u darba ma’ Real Madrid fl-istaġun 2013/14 u s-Serie A fl-istaġun 2003/04 ukoll ma’ Milan