Lokali

It-temp kif qed jaffetwa t-tkabbir tal-għeneb lokali?

In-nuqqas ta’ xita, in-nixfa u s-sħana estrema huma elementi li jaffetwaw direttament l-uċuħ tar-raba’ – mhux b’inqas l-għelieqi tad-dwieli.

Net News żar l-għelieqi tad-dwieli propjeta tal-Meridiana… fejn iltqajna mal-Assistent Direttur tal-Agrikoltura Darren Borg, li spjegalna kif it-temperaturi għoljin qed jaffetwaw l-aktar l-għenba bajda. Għalkemm is-sħana, fil-verità, imblukkat ċertu mard.

Borg qalilna wkoll li l-proċess tat-tgħasir tal-għeneb  huwa wieħed metikoluż ħafna.

F’din il-propjetà wieħed jista’ jara medda t’art enormi mimlija għeneb; lesti biex jinġabru u eventwalment jingħasru għall-inbid.

Darren Borg spjegalna kif s-sħana estrema affetwat l-istaġun tal-għeneb għal din is-sena.