Internazzjonali

Jikkawża nar kbir f’foresta wara li pprova joqtol brimba b’lighter f’Utah

Żagħżugħ ġie arrestat f’Utah wara li qabbad parti minn foresta waqt li kien qed jipprova joqtol brimba permezz tal-lighter tiegħu.

Cory Martin li għandu 26 sena qal li waqt li kien qed jimxi fil-foresta, hu nnota brimba viċin tiegħu u kien hawnhekk fejn beda jipprova joqtolha.

Martin ikkonferma li kien propju hu li beda n-nar iżda ma tax raġuni għalfejn ried joqtol il-brimba.

Il-pulizija sabu bott mimli marijuana mal-affarijiet personali tiegħu iżda ma jidhirx li kien taħt l-effett tagħha fil-ħin li seħħ kollox.