Uffiċjali tad-Dwana qabdu mat-48,620 f’sigaretti ta’ kuntrabandu u 211.38 kilogramma ta’ tabakk illegali f’garaxx f’Birkirkara.
Waqt ħidma mill-Uffiċjali ġie nnotat raġel qed jgħabbi s-sigaretti mill-garaxx f’vann. Meta ġie mistoqsi minn fejn ġabhom, hu qal li dawn inxtraw minn fornitur lokali iżda rrifjuta li jiddentifika min hu.
Investigazzjonijiet oħra rriżultaw li l-affarijiet li nstabu huma b’kuntrabandu. It-total tat-taxxi jtella’ l-ammont ta’ €41,860.91.
