Lokali

Jirritorna l-kunċert popolari Rockestra

Għal darb’oħra se jkun qed jirritorna l-kunċert Rockestra li se jsir fiz-zona tal-MFCC Ta’ Qali fl-10 ta’ Settembru li gej.

Għall-ewwel darba ghat-13-il edizzjoni, l-organizzaturi ħasbu biex il-kunċert jinżamm fuq barra filwaqt li b’differenza għas-sena l-oħra, dawk li jattendu se jkunu jistgħu jgawdu l-kunċert bil-wieqfa.

Il-kunċert, li ngħata l-isem ta’ ‘Rockestra – I Love Rock ‘N’ Roll!’, se jkun jikkonsisti minn għażla ta’ mużika mill- Orchestra Filarmonika Nazzjonali.

Fost l-oħrajn se jkunu qed jindaqqu kanzunetti tal- Gun’s & Roses, Pink Floyd, Metallica Kate Bush, Nirvana u Foo Fighters.

Diversi artisti se jkunu parti minn dan il-kunċert, fosthom Ira Losco, Aidan Drakard, u Kevin Paul Calleja b’direzzjoni ta’ Pawlu Borg Bonaci u Sigmund Mifsud.

Il-flus miġbura se jkunu qed imorru għall-Malta Community Chest Fund Foundation biex jgħinu lil dawk li għaddejjin minn żmien diffiċli.

Preżenti għal din it-tnedija kien hemm il-Kelliema tal-PN għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Kultura, Julie Zahra.