F’Victoria Park ingħata bidu għall-kompetizzjoni tat-timijiet ta’ b’erbgħa tal-irġiel tal-Lawn Bowls meta fl-ewwel partita mill-ewwel round minn Sezzjoni A il-Maltin tilfu kontra l-Iskozja 17-9.
Wara li t-tim Malti wettaq reazzjoni fl-ewwel fażi wara vantaġġ ta’ 2-0 għall-Iskozja, il-punteġġ sar 6-1 għall-Iskozja, ridott għal 6-3 iżda fl-ewwel reazzjoni Skozja kabbret il-vantaġġ għal 9-3. Fis-seba’ partita t-tim Malti naqqas id-distakk għal 9-4 u eventwalment daħal fil-partita meta rebaħ it-tmien logħba għal 9-6. Madankollu kienu Skozja li baqgħu jiddominaw biex marru 13-6 bil-partita tintemm 17-9 għall-Iskozja. It-tim Malti kien magħmul minn Peter John Ellul, Troy Lorimer, Mark Anthony Malogorski u Shaun Parnis.
//= $special ?>