Lokali Qorti

Sentenza sospiża għall-Pollakk li nqabad fl-ajruport b’ponn tal-ħadid

Żagħżugħ Pollakk ġie kundannat tliet xhur ħabs sospiżi għal sena wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke li kellu fil-pusses tiegħu mal-wasla minn Spanja, ponn tal-ħadid. Huwa ammetta li nhar it-Tnejn l-1 t’Awwissu 2022, ghall-habta tat-8:30am. mal-wasla tiegħu fuq titjira FR1527 gewwa l-Ajurport Internazzjonali ta’ Malta kellu arma rregolari.

Kamil Konieczny minn Lublin ta’ 19-il sena ammetta wara li nqabad wara intervent u tfittxija li saret mill-Uffiċjali tad-Dwana, instab li mporta f’Malta l-ponn tal-ħadid u dan bil-ħsieb li jiffroda lill-Gvern minn Dazju jew Taxxa li jkun imiss jitħallas jew biex tinħeles xi projbizzjoni jew limitazzjoni dwar dawn l-oġġetti.

Dwar il-piena l-Qorti hadet in konsiderazzjoni min-naħa n-natura tar-reat li tiegħu nstab ħati l-imputat u min-naħa l-ohra l-koperazzjoni mal-pulizija, l-ammissjoni f’l-aktar stadju bikri ta’ dawn il-proċeduri u l-kondotta netta tieghu. Għal dawn il-motivi l-Qorti, fuq ammissjoni sabet lil Konieczny ħati u kkundannatu għal tliet xhur priġunerija li qed jiġu sospiżi ghal perjodu ta’ sena.

Il-Qorti ordnat ukoll il-konfiska ta’l-oġġett maqbud u qed skwalifikat lill-imputat minn kull liċenzja u ġie spjegat lilu fi kliem ordinarju x’inhuma l-konsegwenzi ta’ din is-sentenza jekk jikkommetti reat iehor fiz-zmien prefiss. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roxanne Tabone.