Persuna ta’ 34 sena mir-Rabat ittieħdet l-isptar Mater Dei wara inċident bejn karozza u mutur fi Triq Nazzjonali, il-Furjana. Dan il-każ seħħ illum għall-ħabta tal-5pm.
Il-ħabta seħħet bejn vettura tat-tip Toyota IQ misjuq minn raġel ta’ 34 residenti r-Rabat u mutur tat-tip Honda misjuq minn raġel ta’ 25 sena li joqgħod tas-Sliema.
Filwaqt li s-sewwieq tal-karozza ingħata kura fuq il-post, ix-xufier tal-mutur ittieħed l-Isptar għal kura meħtieġa fejn ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>