Lokali

Stqarrija mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista

Dak li kiteb Robert Arrigo dalgħodu f’post fuq il-media soċjali mhuwiex minnu.

Dwar il-każ tas-Sindku tan-Naxxar Anne Marie Muscat Fenech Adami, il-Kunsill Amministrattiv kien ddeċieda li jkun xieraq li l-każ ma jiġix ikkunsidrat minnu qabel l-elezzjoni ġenerali. Dan sar proprju fuq suġġeriment ta’ Robert Arrigo nnifsu, li pparteċipa b’mod sħiħ f’din id-deċiżjoni.

Għalhekk il-fatti juru li jien fl-ebda ħin ma waqqaft il-pubblikazzjoni ta’ xi rapport li ġie mħejji mill-Bord ta’ Etika u Dixxiplina u l-każ tas-Sindku tan-Naxxar qiegħed fuq l-aġenda biex jiġi diskuss quddiem il-Kunsill Amministrattiv.