Raġel ta’ 24 sena residenti San Pawl il-Baħar, għal xi l-ħdax neqsin kwart ta’ dalgħodu, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Valletta, il-Mosta.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq u waqa’.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>