Lokali

Żagħżugħa l-Isptar wara li ħabtet ma’ trakk, karozza pparkjata u ċint f’Ħaż-Żebbuġ

Żagħżugħa ta’ 25 sena minn Ħaż-Żebbuġ ttieħdet b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’ħabta ma’ trakk li kien għaddej fi Triq is-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ għall-ħabta tad-9:15 ta’ dalgħodu.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija fejn mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li wara li l-karozza kellha l-impatt mat-trakk misjuq minn raġel ta’ 40 sena residenti l-Buskett, din baqgħet dieħla f’karozza pparkjata. Dan b’konsegwenza li kompliet titlef il-kontroll tal-vettura u daħlet f’ċint.

Sussegwentament, il-karozza misjuqa miż-żagħżugħa nqalbet fuq il-ġenb ftit wara liwja.

Tim mediku mill-Isptar issejjaħ fuq il-post li wara li taf l-ewwel għajnuna tagħha, iż-żagħżugħa ttieħdet l-Isptar għal iktar kura. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.

Il-Pulizija tad-Distrett għaddejjin bl-investigazzjoni tagħhom dwar dan il-każ.