Id-difensur laterali ta’ Manchester United Alex Telles ilbieraħ wasal Spanja sabiex illum jagħmel testijiet mediċi u jiffirma kuntratt ta’ sena b’self ma’ Sevilla.
Il-Brażiljan, li għandu 29 sena ingħaqad ma’ Man Utd. fl-istaġun 2020/21 iżda f’żewġ staġuni lagħab biss total ta’ 30 partita u ma’ rnexxielux jieħu post id-difensur xellugi Luke Shaw li fl-aħħar snin kien il-plejer regolari tar-Red Devils f’dik il-pożizzjoni.
Qabel ma’ Man Utd. Telles qatta ħames staġuni ma’ Porto wara esperjenzi oħra ma’ Galatasaray u Inter. Ftit tal-jiem ilu Sevilla iffirmaw ukoll lid-difensur Brażiljan Marcão mingħand Galatasaray.
//= $special ?>