Lokali

BIL-FILMAT: Nar jinfirex tul żewġ toroq wara li karozza ħadet in-nar f’nofs ta’ triq

Għall-ħabta tas-1:30pm, karozza li kienet għaddejja minn Triq Sqaq Lourdes, f’San Ġiljan ħadet in-nar b’riżultat li żewġ toroq kellhom jingħalqu.

Dan hekk kif in-nar infirex tul żewġ toroq wara li fjuwil mill-karozza tat-tip Citroen ħareġ minnha u beda jinxtered mat-triq.

Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu.

Mhux magħruf x’wassal biex din il-karozza tieħu n-nar.

Fortunatament, jidher li ħadd ma sofra minn xi feriti.