Birgu u Birkirkara jibqgħu jissieltu għall-ewwl post tat-Tieni Divizjoni meta lbieraħ reġgħu rebħu l-logħob tagħhom
Birgu għelbu lit-tim ta’ San Pawl il-Baħar bil-punteġġ ta’ 21-10 biex irreġistraw il-15-il rebħa filwaqt li Birkirkara għelbu lil Sta. Lucia f’logħba missielta bil-punteġġ ta’ 21-16. Bormla u Birżebbuġa kisbu il-ħdax-il rebħa taghħhom meta Bormla għelbu lil Cospicua Rangers 21-10 u Birżebbuġa f’partita kumbattuta għelbu lit-tim ta’ Tarxien 21-19. Bormla u Birżebbuġa qiegħdin fit-tielet u r-raba’post biċ-ċans li jilgħabu l-play off meta fadal biss ħames partiti biex jiksbu l-promozzjoni għal ewwel Divizjoni. Żejtun u Floriana baqgħu jżommu l-pass b’10 punti kull wieħed u żammew it-tamiet tagħhom meta Żejtun għelbu lil Mosta 21-9. Furjana għelbu barra minn darhom lit-tim ta’ Santa Venera 21-7.
| KLASSIFIKA | L | P |
| BIRKIRKARA | 17 | 15 |
| BIRGU | 17 | 15 |
| BORMLA | 17 | 11 |
| BIRŻEBBUĠA | 17 | 11 |
| ŻEJTUN | 17 | 10 |
| FLORIANA | 17 | 10 |
| TARXIEN | 17 | 8 |
| COSPICUA RANGERS | 17 | 6 |
| SANTA LUCIA | 17 | 5 |
| THASSALEJN | 17 | 5 |
| STA. VENERA | 17 | 4 |
| MOSTA | 17 | 1 |
Kampjonat tat-Tielet Diviżjoni
Luqa fl-ewwel post tal-klassifika wara li barra minn darhom għelbu lil Qormi San Ġorg faċilment meta rebħu l-partita 21-0. Kalkara żammew il-pass punt taħt il-leaders Luqa meta f’partita kontra Ħamrun Liberty 21-13 biex kisbu il-15-il rebħa tagħhom. Fgura barra minn darhom għelbu lil San Ġwann 21-9 u jinsabu punt ‘il bogħod mill-play offs meta kisbu it-12-il rebħa. Qrendi jerġgħu jitilgħu fir-raba’ post meta għelbu lit-tim tal-laħħar post Marsaskala 21-1. Pietà kisbu rebħa kontra Valletta St. Pauls barra minn darhom 21-5.
| KLASSIFIKA | L | P |
| LUQA | 17 | 16 |
| KALKARA | 17 | 15 |
| FGURA | 17 | 12 |
| QRENDI | 17 | 10 |
| QORMI SAN ĠORĠ | 17 | 9 |
| SAN ĠWANN | 17 | 7 |
| ĦAMRUN | 17 | 7 |
| VALLETTA ST. PAULS | 17 | 5 |
| PIETÀ | 17 | 3 |
| MARSASKALA | 17 | 1 |


