Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Antonio Guterres qal li kumpaniji tal-gass u taż-żejt li qed japprofittaw ruħhom mill-gwerra fl-Ukrajna biex jgħollu l-prezzijiet u b’hekk jagħmlu profitt essaġerat, għandhom jaffaċjaw taxxi speċjali.
Dan il-kumment sar wara li d-dinja qed tesperjenza prezzijiet ferm għola milli konna nafu qabel fejn jidħlu riżorsi tal-enerġija.
Guterres qal li hi xi ħaġa immorali li wieħed qed japprofitta ruħu mill-kriżi tal-Ukrajna biex jieħu kemm jiflaħ għalih.
//= $special ?>