Il-Kremlin ta’ Moska qed tħeġġeġ biex l-Armenja u l-Ażerbajġan – ġirien tar-Russja – jeżerċitaw il-kontroll wara l-aħħar spinta ta’ vjolenza bejn il-qawwiet taż-żewġ pajjiżi viċin it-territorju polemikuż ta’ Nagorno-Karabakh.
L-Ażerbajġan qed jgħid li l-qawwiet tiegħu ‘ġabu fix-xejn’ attakk tal-militar Armen fil-limiti tal-imsemmi territorju – bl-aħħar żviluppi jwasslu biex il-komunità internazzjonali ssejjaħ mill-ġdid għall-waqfien mill-ġlied f’Nagorno-Karabkh u l-madwar….Reġjun li ilu ċentru għal diżgwid u battalji bejn l-Armeni u l-Ażeri għal dawn l-aħħar 30 sena.
Id-diżgwid dwar Nagorno-Karabakh – li jinsab fl-art ta’ Ażerbajġan u li ilu mis-snin disgħin ikkontrollat mill-Ażeri etniċi – kien żbroffa fi gwerra totali ta’ sitt ġimgħat, fl-2020, u li fiha, t-truppi Ażeri kienu kisbu lura diversi zoni ta’ dan ir-reġjun.
Sadanittant, l-Armenja u l-Ażerbajġan it-tnejn qegħdin jakkużaw lil xulxin b’li kisru l-kundizzjonijiet tal-aħħar ftehim għall-waqfien mill-ġlied li kien sponsorjat mir-Russja.
//= $special ?>

