Internazzjonali

Jerġa’ jiżbroffa l-vulkan qrib l-ajruport ewlieni fl-Islanda

Għat-tieni darba din is-sena, il-vulkan Fagradalsfjall li jinsab qrib l-ajruport ewlieni Keflavik fl-Islanda u ftit kilometri ‘il bogħod mill-Belt Kapitali, Reykjavik, reġa’ qed jiżbroffa.

L-iżbroff hu wieħed żgħir iżda fl-aħħar ġimgħa kienu qed jinħassu numru ta’ terremoti fiż-żona.

S’issa l-ajruport inżamm miftuħ u t-titjiriet skedati qed isiru kif pjanati.

L-Islanda tesperjenza medja ta’ żbroff wieħed kull erbgħa jew ħames snin hekk kif tinsab fiċ-ċentru ta’ fejn l-iktar hemm vulkani… b’dan it-tieni żbroff f’sena waħda hu xi ħaġa anormali.