Lokali Parlament

Ma ħassejtnix komda nivvota favur l-Electrogas; kien hemm affarijiet nieqsa u l-Bord tal-Enemalta ma ra l-ebda dokumenti

– L-ex direttur tal-Enemalta Lara Boffa

L-ex direttur tal-Enemalta Lara Boffa sosniet li wara preżentazzjoni dwar il-konsorzju Electrogas biex iwettaq il-proġett tal-power station, Lara Boffa sostniet li kienet ivvutat kontra l-konsorzju Electrogas għaliex ma ħassitiex komda minħabba li kien hem aspetti nieqsa u l-Bord tal-Enemalta ma kien ra l-ebda dokumenti.

Lara Boffa xehdet quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) dwar il-mod kif il-Bord tal-Enemalta ħadet id-deċizjoni favur l-Electrogas biex iwettaq il-power station.

Il-Kumitat kien presedut mid-deputat Nazzjonalista Darren Carabott u fih ipparteċipaw id-deputati Nazzjonalisti David Agius u Graham Bencini f’isem l-Oppożizzjoni waqt li l-Whip Laburista Andy Ellul u d-deputati Laburisti Glenn Bedingfield u Alex Muscat irrappreżentaw lill-Gvern.

L-ex Chairman tal-Enemalta Charles Mangion kien mistoqsi dwar x’ġara wara li l-Bord tal-Enemalta irrakkomanda lill-Electrogas fejn Charles Mangion kien qal li probbiilment kien is-Segretarju tal-Bord li kkomunika d-deċiżjoni mal-Ministru Konrad Mizzi. Fix-xhieda tiegħu l-ex Kap Eżekuttiv tal-Enemalta Louis Giordimaina qal li kien propju Charles Mangion innifsu li ċempel lill-Ministru Konrad Mizzi propju mill-istesa kamra tal-laqgħa tal-Bord tal-Enemalta.

Mitlub jikkjarifika, Charles Mangion qal li hu ma jifktarax eżatt dak li seħħ u jista’ jkun li kien hu li ċempel jew is-Segretarju tal-Bord tal-Enemalta. Hu qal li ma jidhirlux li fl-2013/14 kienet diskussa l-probabbiltà li jsir pipeline tal-gass

Darren Carabott staqsa li Charles Mangion dwar ittra miktuba fit-24 ta’ Mejju 2014 mill-Enemalta li fha l-Korporazzjoni kitbet lil Marvin Gearthy li fiha l-Enemalta kienet qed tikkunsidra l-pipeline tal-gass u li l-Electrogas tiddetermina l-kuntratt tal-LNG biex isir spazju għal din il-bidla. Enemalta kienet lesta tħallas somma lill-Electrgas minħabba li l-Electrogas kien se jitlef ammont ta’ flus.

Charles Mangion qal li ma kienx Chairman tal-Enemalta dakinhar għaliex hu temm il-kariga tiegħu f’April/Mejju 2014. Hu spjega li fl-4 ta’ April 2014, Marie Louis Coleiro kienet President ta’ Malta u dakinhar li kien elett kien bagħat ittra ta’ riżenja minn Chairman tal-Enemalta. Charles Mangion qal li ma kienx jaf b’dik l-ittra u insista li ma jiftakarx li kemm dam Chairman tal-Enemalta, kienet diskussa l-bidla mill-LNG għall-pipeline tal-gass.

Charles Mangion qal li ħadd mill-Enemlata ma kien avviċinah biex itih direzzjoni mix-xhieda tiegħu iżda ċemplulu jew ċempel lil żewġ diretturi ġodda tal-Enemalta jikkonfermaw li se jixhed.

Mistoqsi minn Darren Carabott, jekk kienx ikkuntattjat minn David Galea (il-persuna magħżula minn Konrad Mizzi biex imexxi l-proġett tal-power station) biex ikun hemm pożizzjoni komuni mix-xhieda kollha, Charles Mangion xehed li kien ċempel lil David Galea u staqsih dwar rapport li kien għamel quddiem il-Bord u li fuqu ttieħed id-deċiżjoni favur l-Electrogas. David Galea kien ikkonfermalu li kien għamel ir-rapport/preżentazzjoni.

Fis-seduta tal-PAC xehdet ukoll l-ex direttur tal-Enemalta Lara Boffa, l-uniku membru tal-Bord li kienet ivvutat kontra l-għażla l-Electrogas għall-power station.

Lara Boffa kkonfermat li kienet membru tal-Bord tal-Enemalta bejn April 2013 sa l-aħħar tas-sajf 2014 u qalet li fil-laqgħa kienet saret preżentazjoni dwar il-proġett. Ħassejt li kein hemm xi ħaġa nieqsa iżda ma kontx naf x’inhi u għahekk ma stajtx napprova lill-Electrogas.

Il-preżentazzjoni kienet saret mill-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta, qalet Lara Boffa, li kompliet li m ħassitiex komda favur il-proġett. Hi sostniet li ħadd ma staqsieha għaliex ivvutat kontra waqt jew wara l-laqgħa tal-Bord tal-Enemalta. Il-votazzjoni kienet sempliċi iva jew le dwar il-konsorzju preferut, spjegat Lara Boffa, li kompliet li ma kinitx tiftakar li ġurnata qabel kienet saret f’laqgħa f’Kastilja li fiha kien hemm Konrad Mizzi, David Galea u persuni oħra. Ma niftakarx id-dettalji, sostniet Lara Boffa, li kompliet li l-Kap Eżekuttiv kien għamel biss preżentazjoni verbali. Ma niftakarx, iżda aktarx li ma ngħatajniex dokumenti dwar l-Electrogas għaliex il-preżentazjoni kienet overviewto endorse” lill-konsorzju preferut, sosniet Lara Boffa għal mistoqsijiet ta’ David Agius.

Kelli diffikultà biex nivvota favur, sostniet Lara Boffa, li kompliet li l-membri tal-Bord kienu sempliċiment mistoqsija ‘iva’ jew ‘le’ jekk japprovaw il-konsorzju preferut.

Lara Boffa kompliet li fil-laqgħa tal-Bord tal-Enemalta kienet staqsiet kjarifikazzjonijiet u mistoqsijiet u ngħatat tweġibiet li ma kinux sodisfaċenti għaliha. Qatt ma rajt id-dokumenti tal-Kumitati ta’ Evalwazzjoni tal-Enemalta dwar il-power station, sostniet Lara Boffa, li xehdet li qatt ma kienet semgħet bil-persuni msemmija fil-kumitati jew min kien ħatarhom.

Dwar is-sistema ta’ punti mogħtija liż-żewġ konsorzji finali, Lara Boffa qalet li qatt ma kienet rat it-tabella rispettiva bil-punti dwar is-saħħa finanzjarja tal-konsorzja. Hi baqgħet tinsisti li l-Bord kien ingħata biss overview tal-proġett fl-istadji tal-proċess.

L-informazzjoni mgoħtija ma kinitx suffiċjenti għalija biex nivvota favur, sostniet Lara Boffa għal mistoqsija ta’ Graham Bencini. L-ex direttur tal-Enemalta sostniet ukoll li ma kinitx informata li fil-proċess kien hemm bdil fil-kundizzjonijiet tal-offerta u l-Bord kien jingħata biss informazzjoni dwar “il-milestones” li twettqu. Hi qalet li l-Kap Eżekuttiv kien assistit minn David Galea fil-laqgħa u sostniet li r-raġunijiet għaliex iż-żewġ membri tal-Bord li m’attendewx għal-laqgħa ma kinux komunikata lill-Bord.

Kien hemm membri tal-Bord li talbu kjarifikazzjonijiet iżda ma niftakarx x’kienu. Lanqas niftakar il-mistoqsijiet li għamilt jien. Naħseb li l-Bord kien jiltaqa’ darba kull ħames ġimgħat; kien hemm laqgħat li m’attendejtx għalihom. Ma kellhix tħassib għaliex il-Bord kien ikun briefed b’mod regolari. Wara l-preżentazzjoni ħassejt li kien hemm xi ħaġa nieqsa iżda ma nafx x’kienet; ma stajtx napprova lill-konsorzju preferut. Inħossni komda li vvutajt kif ivvutajt. Ma stajtx telefonati miċ-Chairman tal-Enemalta iċempel lill-Ministru Mizzi, sostniet Lara Boffa.

Hi qalet li ma kinitx ri-appuntata fil-Bord tal-Enemalta mingħajr ma ngħatat raġuni għal dan. Lara Boffa qalet li ma kienx hemm diskussjoni dwar il-possibbli konflitt ta’ interess minn Charles Mangion.

Xhud ieħor quddiem il-Bord kien Steve Agius, li kien membru tal-Bord tal-Enemalta minn April 2013 sa Awwissu 2017. Hu qal li kien iltaqa ma’ Konrad Mizzi fl-MBA Programme fl-Università u kienu għamlu konoxxenza għaliex hu lettur fl-Università. Ħatarni Konrad Mizzi wara li kien ikkuntattjani hu. Jien urejt interess u kont maħtur. Ma kienx ikolli kuntatt ma’ Konrad Mizzi jew ma’ politiċi oħra, sostna Steve Agius, li kkonferma li kien attenda l-laqgħa li fiha ttieħed il-vot favur l-Electrogas fit-12 ta’ Ottubru. Hu qal li kienet tintbagħat aġenda għal kull laqgħa tal-Enemalta.

Il-preżentazzjoni mill-Kap Eżekuttiv u David Galea kienet waħda dettaljata u ħassjet li dan kien strateġikament li jaqbel mal-istrateġija tal-Enemalta. Ma rajtx id-due diligence taż-żewġ konsorzji finali; kien proġett kompless ħafna. Qatt ma rajt ir-rapporti tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni; quddiem il-Bord jiġu biss il-konklużjonijiet. Ma niftakarx jekk ingħatajniex kopja tal-preżentazzjoni.

Ma niftakarx li rajt is-sistema tal-punti fuq il-konsorzja finali; staqsejt ħafna mistoqsijiet iżda ma ma niftakarx xi staqsejt. Għamilt ħafna riċerka qabel dwar is-sitwazzjoni tal-Enemalta u fuq l-enerġija nadifa. Ivvutajt favur l-Electrogas fuq il-bażi tad-dettalji preżentati li kienu validi.

Ma dħaltx fil-proċess. Ma niftakarx li kienu preżentati d-dettalji finanzjarji dwar il-kumpaniji. Ma niftakarx li xi ħadd qalilna li Gasol tista’ tkun dikjarata falluta jew li staqsejt dwar l-istabbiltà finanzjarja tal-konsorzju preferut. Ma niftakarx li kien hemm diskussjonijiet għall-bidla għall-pipeline mill-LNG jew li kien hemm ittra mill-Kontrollur Finanzjarju tal-Enemalta f’dan is-sens; qatt ma rajt din l-ittra, sostna x-xhud.

Il-Kumitat sejjaħ biex jixhed lil Jonathon Scerri, li kien membru fil-Kumitat tal-Bord tad-Diretturi tal-Enemalta u ex Kap Eżekuttiv tal-Wastserv. Hu qal li kien ċempillu l-Kap Eżekuttiv biex jinħatar fuq il-Kumitat ta’ Evalwazzjoni Tekniku għalkemm ma kienx baqa’ jonora l-funzjoni wara l-ewwel laqgħa. Fix-xhieda tiegħu ix-xhud espriema nuqqas ta’ qbil mal-konklużjonijiet tal-Awditur Ġenerali u qal li ma kienx jaf li l-konsorzju Electrogas kellu nuqqasijiet ta’ €20 miljun. Minkejja dan, ix-xhud qal li ma jħossx li kien imqarraq għaliex il-proġett twettaq.

L-Awditur Ġenerali sostna li l-NAO qed jinsisti li jkollu l-opportunità li jwieġeb għal dak li qal ix-xhud.

Il-Kumitat kien aġġornat għal Settembru.