Futbol Sport

Wirja qalbiena minn Hibernians fil-Latvja

Matthias Mizzi

FK RFS……………………….1

HIBERNIANS……………..1

FK RFS: P. Steinbors, A. Jatta, V. Jgodinskis, Z. Lipuscek, D. Rakels (56’ C. Kouadio), S. Panic, T. Saric, P. Mares, A. Zjuzins (34’ V. Fjodorovs) (77’ E. Stuglis), E. Deocleciano, A. Ilić

HIBERNIANS: I. Kone, G. Artiles, F. Apap (89’ L. Soares), G. Bravo, D. Santos, T. Aldama, J. Grech. D. Vella (59’ A. Attard), A. Diakite, J. Degabriele (83’ B. Kristensen), Y. Muritala (83’ T. Groothunsen)

Imwissija: 10’ T. Aldama, 26’ T. Aldama, 29’ A. Zjuzins, 29’ D. Vella , 36’ E. Deocleciano, 42’ A. Diakite, 49’ R. Soares, 79’ T. Saric, 88’ I. Kone

Imkeċċija: 26’ T. Aldama

Referee: Genc Nuza (KOS)

Assistenti Referees: Fatlum Berisha (KOS) & Bujar Selimaj (KOS)

Tkompli l-ħolma ta’ Hibernians li jistgħu jagħmluha għall-fażi li jmiss tal-UEFA Conference League meta fid-Daugava Stadium huma żammew fi dro liċ-champions renjanti tal-Latvian Higher League, FK Rīgas Futbola Skola. Ta’ min isemmi li t-tim Malti qatta’ l-maġġoranza tal-ħin bi plejer inqas u laqqgħat il-gowl tad-dro ftit minuti ‘l bogħod mit-tmiem.

F’bidu b’saħħtu minn FK RFS, Hibernians ħelsuha ħafif kmieni fil-partita hekk kif daqqa ta’ ras b’saħħitha ta’ Andrej Ilić ġiet salvata minn fuq il-linja minn Ferdinando Apap. Ħames minuti wara Ilić reġa’ kien perikoluż hekk kif xutt b’saħħtu mill-viċin għadda jħakkek minn mal-lasti ta’ Kone. Intant, fis-27 minuta t-tim immexxi minn Andrea Pisanu safa jilgħab bi plejer inqas hekk kif ir-referee inkarigat Genc Nuza ma wera l-ebda ħniena ma’ Thaylor Aldama u wrieh it-tieni karta safra għal rimarki li hu seta’ għadda.

Wara din id-daqqa ta’ ħarta, il-Pawlisti rreaġixxew tajjeb biex ftit wara n-nofsiegħa logħob, daqqa ta’ ras ta’ Dunstan Vella ġiet salvata b’diffikultà fl-anglu minn Steinbors. Kontra kull mistenni, fit-38 minuta l-istess Vella fetaħ l-iskor meta mill-viċin venven xutt mill-aqwa fis-saqaf tax-xibka li l-ebda.

Fit-tieni taqsima, Hibernians komplew jippersistu b’determinazzjoni mill-aqwa tant li mill-ħdax-il metru l-goalkeeper Kone laqa’ penalty fil-baxx mogħti minn Petr Mares. Mat-80 minuta Kone reġa’ kien strumentali bejn il-lasti meta kien f’pożizzjoni tajba li salva’ devjazzjoni fil-kaxxa ż-żgħira permezz tas-sostitut Stuglis. Minkejja l-isforzi tagħhom, fil-85 minuta FK Rīgas għamlu l-iskor indaqs permezz ta’ xutt ta’ Tomislav Saric mill-kaxxa ż-żgħira li spiċċa fis-saqaf tax-xibka.