Lokali

AĠĠORNATA: Traġedja fiż-Żejtun wara li raġel ittajjar biswit it-traffic lights

Ritratt: Joe Francalanza

Il-Pulizija qed tinvestiga s-sejba ta’ katavru li nstab għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin kwart mal-ġenb ta’ Triq Anton Buttiġieġ, fiż-Żejtun hekk kif safa’ vittma ta’ hit and run.

Kelliem għall-Pulizija qal lil dan l-istazzjon li l-vittma kellu 51 sena u joqgħod iż-Żejtun. Ir-raġel instab mal-ġenb tat-triq fejn jibdew l-għelieqi.

Bħalissa għaddejja tfittxija biex tinstab il-karozza li tajret lir-raġel ħdejn it-traffic lights hekk kif il-Pulizija rat fuq filmati ta’ CCTV il-każ iseħħ filwaqt li fil-post instabu mera u fanal ta’ karozza.

Il-crew tagħna li jinsab fil-post innotta żarbun f’nofs għalqa, li possibbilment hu tal-vittma.

It-triq tinsab magħluqa, filwaqt li inħatret inkjesta.