Futbol Sport

Chelsea jiffirmaw lil Marc Cucurella

(Ritratt: EPA)

Ikomplu l-akkwisti ta’ Chelsea fl-era l-ġdida ta’ Todd Boehly hekk kif iffirmaw Marc Cucurella mingħand Brighton. Cucurella ftit tal-ġimgħat ilu talab lil Brighton biex ibigħuh wara interessprimarjament minn Manchester City iżda wara li dawn tal-aħħar ma’ kkonvinċewx lill-Ispanjol, Chelsea intervjenew u rnexxielhom jakkwistawh. Ilbieraħ Cucurella kien f’Londra fejn għadda mit-testijiet mediċi u għandu jkun preżentat bħala plejer ġdid ta’ Chelsea bejn illum u il-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt.

Qed ikun irraportat li Chelsea se jkunu qed iħallsu s-somma totali ta’ £62 miljun g]al Cucurella.

Intant Chelsea ffirmaw ukoll lill-attakkant ta’ 18-il sena Carney Chukwuemeka mingħand Aston Villa, plejer li hu meqjus promettenti ħafna li l-istaġun li għadda lagħab 12-il darba fil-Premier Ingliż. Chukwuemeka skorja tliet goals għall-Ingilterra fil-Kampjonati Ewropej ta’ taħt id-19-il sena f’Ġunju li għadda b’wieħed mill-gowls jasal fil-finali kontra l-Iżrael mirnħa mit-tim Ingliż.

Chelsea laħqu ftehim ukoll ma’ Cesar Azpilicueta għal estensjoni tal-kuntratt sal-2024, b’dan il-ftehim itemm għal kollox spekulazzjonijiet li l-Ispanjol jista jingħaqad ma’ Barcelona.