Lokali

Diskussjonijiet fi ħdan il-PN għat-triq ‘il quddiem

F’laqgħa tal-Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista li saret aktar kmieni llum ġie diskuss il-każ dwar il-kwistjoni ta’ żvilupp tat-Trade Fair Grounds, fin-Naxxar kif ukoll l-investigazzjoni dwar l-allegazzjonijiet dwar ‘fat cats’ u uffiċjali mhux eletti fil-Partit.

Wara li saret d-diskussjoni kienet deċiża t-triq ‘il quddiem.

Dwar il-kwistjoni tan-Naxxar, filwaqt li l-Partit sema’ dak li kellha xi tgħid is-Sindku tan-Naxxar Anne Marie Muscat Fenech Adami, kien konkluż u maqbul li l-affarijiet setgħu saru b’mod aħjar sabiex jiġu evitati dubji u għalhekk sitwazzjonijiet simili għandhom jiġu evitati.

Dwar il-kwistjoni tal-uffiċjali mhux eletti u l-‘fat cats’ kien stabbilit illi ma ġiet prodotta ebda prova fil-konfront tas-Sur Ray Bezzina (li fuq talba tiegħu saret l-investigazzjoni) u kwalunkwe uffiċjal ieħor. Fl-istess waqt ġie stabbilit illi f’kull każ fejn jista’ jkun hemm xi suspett simili, dan għandu jiġi miġjub mill-ewwel fl-istrutturi tal-Partit u mhux f’ebda forum ieħor.