Fejn ikun hemm nuqqas ta’ qbil bejn Gvern u unions, mgħandux jispiċċa jbati aktar il-pazjent.
Dan qalitu l-Malta Health Network li tiġbor taħtha mal-40-il organizzazzjoni marbuta mas-saħħa tal-pazjenti.
Fi stqarrija l-MHN appellat biex f’każ ta’ tilwima iż-żewġ partijiet jiżguraw li s-saħħa u l-benesseri tal-pazjenti tibqa’ l-ewwel priorità.
Hija qalet li l-azzjonijiet li jittieħdu m’għandhomx iwasslu għal tbatija bla bżonn filwaqt li appellat biex il-pazjenti jkunu rrappreżentati fuq il-kunsill għas-saħħa u l-MCESD.
L-MHN kwotat dak li qal il-Kummissarrjuy għas-Saħħa fl-Uffiċju tal-Ombudsman li sostna li huwa inuman li unions jużaw lill-pazjenti biex ipoġġi pressjoni fuq l-awtoritajiet.
Dan in-network jirrappreżenta mat-12,000 familja.