Futbol Sport

Fi ftit sigħat mibjugħa l-biljetti kollha għall-partita bejn l-Ingilterra u l-Istati Uniti f’Wembley

L-FA Ingliża biegħet il-biljetti kollha f’inqas minn 24 siegħa għall-konfront li t-tim nazzjonali Ingliża tan-nisa se jilgħab partita ta’ ħbiberija kontra ċ-champions tad-dinja l-Istati Uniti f’Ottubru li ġej, hekk kif il-konkorrenza kienet imsejjħa bħala waħda “inkredibbli” wara l-glorja fil-Euro 2022 mit-tim ta’ Sarina Wiegman.

Tant kemm ir-ritmu kien wieħed kostanti li l-websajt tal-FA waqgħet diversi drabi fejn partitarji tal-Ingilterra rrappurtaw li qattgħu sa tmien sigħat online jiġġieldu għall-biljetti għall-partita ta’ ħbiberija tas-7 ta’ Ottubru li ġej li se tintlagħab f’Wembley Stadium.

Ir-rebħa finali ta’ 2-1 tal-Ħadd li għadda fuq il-Ġermanja kienet segwita minn 87,192 f’Wembley, u bl-ogħla udjenza ta’ 17.4 miljun telespettatur. U s-suċċess qanqal ukoll interess rekord fis-Super League tan-Nisa, b’Chelsea jbiegħu l-biljetti kollha tagħhom.

Il-partitarji eċċitati huma ħerqana jaraw lill-eroj tal-Ingilterra ta’ Wiegman jieħduha kontra l-Istati Uniti wara li niżżlu isimhom fuq l-ewwel unur ta’ prestiġju. Il-‘Lionesses’ ħabbru li kull biljett kien inbiegħ sas-2pm tal-Erbgħa, ħlief għall-ispazji tal-ospitalità. Il-kont tat-Twitter tat-tim nazzjonali stess tefa’ post li jgħid “ABSOLUTAMENT INKREDIBBLI!”