Lokali

Ġelaterija tieħu n-nar f’Paceville

Ġelaterija ħadet in-nar għall-ħabta tat-8:30 ta’ dalgħodu fi Triq Gort, f’Paceville.

Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident

Hu maħsub li n-nar tkebbes minn ħsarat fis-sistema tad-dawl.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jitfu n-nar. Fi ftit minuti, in-nar ġie kkontrollat.