Lokali

AĠĠORNATA: Żewġ tfajliet l-isptar wara inċident f’Ħal Far bejn tliet vetturi

Ftit qabel nofsinhar, seħħet ħabta f’Ħal Far bejn tliet vetturi – li waħda minnhom ħadet in-nar. Il-vetturi involuti huma tal-għamla Volkswagen, Toyota u Mercedes.

Il-pumpieri tat-tifi tan-nar tfew in-nar, filwaqt li l-Pulizija kellhom jagħlqu z-zona biswit iċ-ċentru tal-JobsPlus.

Fil-post waslet ukoll ambulanza.

Jidher illi żewġ tfajliet ta’ 16 u 19-il sena, li kienu fil-Mercedes, ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara dan l-inċident.

Is-sewwieqa tal-Volkswagen u tat-Toyota ma jidhrux li ġarrbu ġrieħi.

Ritratt: Martin Agius