Lokali

“Kien raġel iħobb il-ħajja u kien ħabib ta’ kulħadd” – ħbieb jitkellmu dwar Antoine Degabriele

Jismu Antoine Degabriele r-raġel li ttajjar fiż-Żejtun aktar kmieni llum. Degabriele kellu 51 sena.

L-aħbar tat-traġedja qanqlet reazzjoni qawwija fuq il-media soċjali, b’mijiet ta’ kummenti jfakkru liż-Żejtuni bħala raġel b’karattru mill-isbaħ, li kiek inħobb lil kulħadd.

Persuni qrib tiegħu iddeskrivewh bħala persuna li kien iħobb il-ħajja, u li kien ħabib ta’ kulħadd.

Hu ħadem għal snin twal fil-catering f’diversi ristoranti u bars, speċjalment f’Marsaxlokk fejn kien iqatta’ l-biċċa l-kbira tal-ġurnata tiegħu.

Degabriele ma kienx isuq u kien iħobb jimxi kulllimkien.