Il-plejer internazzjonali Maltija Rachel Cuschieri ngħaqdet ma’ U.C. Sampdoria, fis-Serie A fl-Italja, wara sentejn tilgħab għal S.S. Lazio.
Cuschieri, li għandha 30 sena, iddebuttat fis-Serie A matul l-istaġun li għadda wara li kienet parti mill-iskwadra li kisbet promozzjoni fl-istaġun preċedenti. Sfortunatament, huma ma rnexxilhomx jikkonfermaw posthom u kienu relegati.
Ma’ S.S. Lazio, Cuschieri kienet plejer regolari, tant li lagħbet 45 logħba f’żewġ staġuni, u skurjat 4 gowls.
//= $special ?>