Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar kiteb lill-President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Familja u lill-President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali sabiex fil-bidu tax-xahar ta’ Settembru tissejjaħ laqgħa konġunta taż-żewġ kumitati Parlamentari. Dan sabiex jiġu diskussi u evalwati ir-regolamenti dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja privata għall-Ġenituri u għall-Persuni li jindukraw (Avviż Legali 201 tal-2022).
Dan wara li fit-12 ta’ Lulju ġew ippubblikati r-Regolamenti u li daħlu fis-seħħ nhar it-2 ta’ Awwissu, skont l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra tad-Deputati.
Għalhekk f’isem il-membri David Agius, Ivan Bartolo u Graziella Galea bħala membri tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali kif ukoll f’isem Paula Mifsud Bonnici u l-Graziella Attard Previ bħala membri tal-Kumitat Permanenti dwar il-Familja, tressqet din it-talba biex issir din id-diskussjoni.
Il-mod kif iddaħlet din il-liġi tal-Work Life Balance diġa’ ġabet magħha kritika qawwija, u diversi entitajiet akkużaw lill-Gvern għall-fatt li ma saritx konsultazzjoni.
//= $special ?>