Tibqa’ teskala t-tensjoni wara lejl ta’ attakki intensivi bejn Iżrael u l-istrippa ta’ Gaza.
Għexieren ta’ missili kienu sparati minn Gaza wara li madwar 10 persuni nqatlu f’attakki mill-ajru f’Iżrael.
Il-mexxej militari Tayseer Jabari kien fost dawk maqtula.
Iżrael qal li l-attakki segwew theddida immedjata mill-grupp Iżlamiku Palestinjan tal-Jihad.
Uffiċjali tas-saħħa qalu li minbarra ħafna feruti, mietet ukoll tifla ta’ ħames snin.
Il-grupp tal-Jiħad irritalja billi spara mall-100 missila lejn Iżrael matul il-lejl li għadda. Dan l-attakk kien deskritt bħala “rispons inizjali”.
Madankollu ħafna minn dawn il-missili ġew interċettati mis-sistema tad-difiża tal-Iżrael magħrufa bħala l-Iron Dome.
Il-forzi tad-difiża Iżraeljana qalet li kienet reġgħet bdiet bl-attakki bil-missili kontra numru ta’ pożizzjonijiet militant f’Gaza, bl-offensiva kienet għada għaddejja sas-sigħat bikrin tas-Sibt.
Dawn huma l-agħar attakki fiz-zona sa minn Mejju tal-2021 meta ż-żewġ naħat għamlu 11-il jum ta’ offensivi li ħallew aktar minn 200 Palestinjan u għexieren ta’ Iżraeljani mejta.
//= $special ?>