Internazzjonali

AĠĠORNATA: 10 mejta f’botta u risposta bejn Iżrael u l-Palestinjani

Tibqa’ teskala t-tensjoni wara lejl ta’ attakki intensivi bejn Iżrael u l-istrippa ta’ Gaza.

Għexieren ta’ missili kienu sparati minn Gaza wara li madwar 10 persuni nqatlu f’attakki mill-ajru f’Iżrael.

Il-mexxej militari Tayseer Jabari kien fost dawk maqtula.

Iżrael qal li l-attakki segwew theddida immedjata mill-grupp Iżlamiku Palestinjan tal-Jihad.

Uffiċjali tas-saħħa qalu li minbarra ħafna feruti, mietet ukoll tifla ta’ ħames snin.

Il-grupp tal-Jiħad irritalja billi spara mall-100 missila lejn Iżrael matul il-lejl li għadda. Dan l-attakk kien deskritt bħala “rispons inizjali”.

Madankollu ħafna minn dawn il-missili ġew interċettati mis-sistema tad-difiża tal-Iżrael magħrufa bħala l-Iron Dome.

Il-forzi tad-difiża Iżraeljana qalet li kienet reġgħet bdiet bl-attakki bil-missili kontra numru ta’ pożizzjonijiet militant f’Gaza, bl-offensiva kienet għada għaddejja sas-sigħat bikrin tas-Sibt.

Dawn huma l-agħar attakki  fiz-zona sa minn Mejju tal-2021 meta ż-żewġ naħat għamlu 11-il jum ta’ offensivi li ħallew aktar minn 200 Palestinjan u għexieren ta’ Iżraeljani mejta.

Tags