Internazzjonali

19 Arrestati wara attakki mill-ajru f’Gaza

Times of Israel

Fl-aħħar tal-ġimgħa, 19-il militanti Palestinjani spiċċaw arrestati wara diversi attakki mill-ajru fil-Medda ta’ Gaza. L-attakki inkwistjoni tmexxew mill-qawwiet ta’ Iżrael, iżda immedjatament wara, il-grupp Palestinjan tal-militanti magħruf bħalha l-Jihad Islamiku ħareġ messaġġ ta’ theddida lill-Iżraeljani.

Rapporti fil-media qalu li mietu ħmistax fl-attakk tal-Iżraeljani fuq Gaza meta fost il-vittmi hemm  tifel ta’ ħames snin flimkien mal-mexxej tal-Jihad Iżlamiku li kien jismu Tayeer Jabari.

Iżrael jidher li beħsiebu jkompli jattakka lill-membri tal-Jiħad Islamiku hekk kif is-sireni għadhom jinstemgħu f’bosta żoni tar-reġjun. U waqt li kienu rappurtati aktar attakki f’Gaza, l-Armata ta’ Iżrael qalet li din l-operazzjoni tista’ ddum għaddejja għal aktar minn ġimgħa.

Mill-banda l-oħra, il-grupp militanti Hamas, li jmexxi lill-Medda ta’ Gaza, ma kienx attakkat minn Iżrael fost rapporti li dan il-grupp ma pparteċipa fl-ebda attakk riċenti fuq l-interessi Iżraeljani. Fil-passat il-Hamas kemm-il darba ħadem mal-Jiħad Iżlamiku fit-twettiq t’azzjonijiet terroristiċi u meta dawn iż-żewġ gruppi għandhom ideoloġiji simili.

Matul l-aħħar ġimgħa, il-Palestinjani kienu f’sitwazzjoni kerha ħafna iżda hemm ċans li s-sitwazzjoni taqleb għall-agħar jekk il-moviment tal-Hamas jiddieċiedi li jattakka lill-Iżraeljani. Dan għaliex f’każ ta’ din l-eventwalità, l-ammont ta’ fatalitajiet fiz-zona għandhom jgħolew b’mod drastiku.

F’każ li t-tensjoni tinżamm f’dan il-livell għoli hemm kull possibbiltà ta’ intervent mill-Eġittu li ġeneralment jidħol bħala medjatur fis-sitwazzjonijiet bejn Iżrael u l-militanti ta’ Gaza.

Fil-fatt, Uffiċjali fil-Kajr qalu li diga qegħdin jaħdmu fuq inizjattiva diplomatika, bħala parti minn proċess intiż li jikkonkludi din il-fażi ta’ vjolenza.