Futbol Sport

Arsenal jibdew b’rebħa fuq Crystal Palace

(Ritratt: EPA)

Fil-partita li fetħet l-istaġun tal-Premier League Ingliż, Arsenal ta’ Mikel Atreta ma’ ddiżappuntawx u f’Selhurst Park għelbu lil Crystal Palace 2-0 biex b’hekk komplew fejn ħallew fil-pre season fejn kellhom wirjiet brillanti fil-partiti kollha. Il-gowls waslu minn Gabriel Martinelli fl-20 minuta u own goal ta’ Marc Guehi ħames minuti min tmiem id-90 minuta. Il-plejer l-aktar li spikka kien William Saliba li fid-debutt tiegħu ma’ Arsenal kellu tifħir minn kull sit Ingliż għall-wirja li kellu lbieraħ.

L-ewwew goal ta’ Arsenal wasal minn korner fl-20 minuta meta kien Bukayo Saka li tefa kross fid-direzzjoni tal-akkwist il ġdid Zinchenko li minn naħa tiegħu bir-ras tefa’ fil-kaxxa ż-żgħira fejn sab lil Gabriel Martinelli li b’daqqa ta’ ras mill-viċin għeleb għal kollox lil Guaita. Għalkemm Crystal Palace provaw jagħmlu reazzjoni sa tmiem l-ewwel taqsima impenjaw lil Ramsdal darba biss meta fit-42 minuta kien Edouard li ra d-daqqa ta’ ras tiegħu salvata faċilment minn Ramsdale.

William Saliba ta’ Arsenal kellu prestazzjoni mill-aqwa fid-debutt tiegħu (Ritratt: EPA)

Ir-ritmu u l-azzjonijiet fit-tieni taqsima naqsu u kien fil-85 minuta li Arsenal issiġillaw ir-rebħa meta minn kross ieħor ta’ Bukari Saka f’tentattiv li jtajjar id-difensur ta’ Crystal Palace Marc Guehi bir-ras tefa’ fix-xibka tiegħu stess biex b’hekk Arsenal irreġistraw it-tieni rebħa fl-aħħar disa’ konfronti kontra l-Eagles.