Il-Ministeru tat-Turiżmu ħabbar li ġejjed il-ftehim tal-MTA mal-club Ingliż Manchester United.
L-aħbar ingħatat permess ta’ stqarrija, akkumpanjata minn ritratt tal-Ministru Clayton Bartolo fl-istadium ta’ Old Trafford.
Preżenti mal-Ministru kien hemm is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu Anthony Gatt u l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef.
Il-Ministeru qed jgħid illi permezz ta’ dan il-ftehim, il-brand VisitMalta ser tibbenifika minn viżibilità b’saħħitha waqt il-logħbiet li jintlagħbu f’Old Trafford, u anke fuq il-mezzi diġitali, midja soċjali. Iżda imkien ma qal kemm ġie jiswa’ dan id-deal ta’ reklamar.
//= $special ?>