Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 50 każ ġdid pożittiv

Ikomplu jonqsu l-każi attivi

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 50 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li fiequ 104 persuni oħra.

Dawn in-numri juru li għal jum ieħor, il-każi pożittivi ġodda baqgħu taħt il-mija, hekk kif din hija xejra li issa ilha għaddejja għal dawn l-aħħar ħdax-il jum.

Dawn l-aħħar ċifri jfissru wkoll li bħalissa l-każi attivi f’Malta qed ikomplu jonqsu u issa jlaħħqi l-1,025.

Fortunatament, għal ġurnata oħra, l-ebda persuna ma tilfet ħajjitha kaġun ta’ dan il-virus f’pajjiżna… bit-total ta’ fatalitajiet jibqa’ 795.